Is-Sibt, 14 ta’ Diċembru, il-Malta Motorsport Federation organizzat l-Enemed Malta Motorsport Awards 2024. Waqt iċ-ċerimonja annwali, nominati li ħadmu bla heda jew kisbu riżultati eċċellenti fid-dixxiplini rispettvi ġew nominati mill-klabbs tagħhom biex jirċievu rikonoxximent mill-Federazzjoni.
Island Karting Club Malta nnomina lil Zane Pace
All Wheel Drive Club innomina lil Nicholas Mifsud
Island Radio Motor Car Club innomina lil Jacob Gatt
Old Motors Club Malta nnomina lil Michael Mallia
Il-Malta Drifting Club innomina lil Lee Pisani
Il-Malta Classic innomina lil Joe Said
Ford Owners Group innomina lil Julian Agius
Malta Drag Racing Association innominat lil Konrad D’Anastasi
Karting Club Malta nnomina lil Jacob Micallef
Il-Federazzjoni ukoll ippreżentat ukoll erba’ premjijiet speċjali lil individwi minn sfondi differenti: Il-premju Marshall tas-Sena mar lil Marshall Joseph Bianco, l-Uffiċjal tas-Sena ngħata lis-Sur Jonathan Tonna, Il-Premju tal-President ġie ppreżentat lill-eks President tal-Federazzjoni is-Sur Tonio Cini, u l-aktar premju prestiġjuż, l-Inductee fil-Malta Motorsport Hall Of Fame, ingħata lil Carmel Camilleri, magħruf fil-komunità tal-isport bħala Iz-Zoqdi.
Colin Fitz ospita l-attività fil-preżenza tal-mistieden speċjali, l-Onor. Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, l-Onor. David Agius, Deputat Speaker, Shadow Minister għall-Fondi Ewropew u Sport, u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemed Kevin Chircop.
Il-kelliema kollha offrew l-appoġġ tagħhom u awguraw lil Duncan Micallef, President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, u lit-tim tiegħu għax-xogħol li qed isir fit-tibdil u t-titjib tax-xena tal-motorsport lokali. Huma ħeġġew ukoll lill-klabbs kollha tal-motorsport u lill-komunità tal-motorsport biex jappoġġjaw lill-Federazzjoni.
(Photo Credit: David Axisa)