It-tim nazzjonali tal-veterani kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra All Stars Sicilia fi Stadio Francesco Russo f’Catania.
Kienet logħba fejn il-veterani Maltin iddominaw mill-bidu sal-aħħar bit-tim avversarju li sabha diffiċli jlaħħaq mal-ħeffa tagħhom.
Sa tmiem l-ewwel taqsima, il-Maltin kienu 5-0 minn fuq, bit-tieni taqsima li baqgħet waħda ta’ dominju tal-Maltin sabiex żiedu żewġ gowls oħra.
Protagonista għall-Maltin kien l-attakkant Ian Zammit li skorja tripletta b’Jean Pierre Mifsud Triganza awtur ta’ doppjetta. Adam Smeir u Stephen Wellman komplew jiskorjaw għat-tim immexxi minn Joe Micallef.
Malta bdew b’din il-formazzjoni:
Justin Spiteri, Jeffrey Chetcuti, Jonathan Pearson, Stephen Wellman, Adam Smeir, Gareth Sciberras, Jean Pierre Mifsud Triganza, Manolito Micallef, Ian Zammit, Justin Grioli, Dino Cachia.
F’xi ħin fil-partita daħlu Roderick Debattista, Gareth Magri, Leandros Calleja, Daniel Cremona u Charlo Magro.
Referee kien Paolo Maglia
Ritratt: Joe Borg