Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Tercel misjuqa minn mara ta’ 86 sena residenti x-Xewkija, u mutur Benelli misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti s-Sannat.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għal kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.