Ħadd mid-deputati tal-Partit Nazzjonalista li ltqajna magħhom quddiem il-Parlament ma kien kapaċi jgħidilna jekk qattx ra reklam ta’ Sky Gourmet fuq il-midja tal-PN.
Tista’ ssegwi l-iskumdità, in-nuqqas ta’ tweġibiet u l-body language ġenerali fil-filmat li jidher hawn taħt.
Il-fatt li qatt ma deheru riklami ta’ Sky Gourmet huwa prova oħra ta’ kif il-PN ma kien qed jagħti xejn lura tal-eluf li kien qed jieħu bħala parti mill-iskema Pagi PN.