Jason Azzopardi jrid jitfa’ l-ħabs lill-familja tal-Ministru Clint Camilleri, inkluż il-mara tiegħu, wara li talab li ssir inkjesta fuq skont hu racket marbuta mal-irmiġġi fil-Port tal-Imġarr.
Akkużi li saru mill-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista ‘Il-Mument’ illum u ftit wara qalhom Jason Azzopardi, fi prova ċara oħra kemm Jason Azzopardi u l-partit ta’ Bernard Grech huma sikronizzati fl-attakk ħaġa waħda kontra esponenti tal-Partit Laburista.
Dawn l-akkużi ċaħadhom b’mod qawwi u kategoriku l-Ministru Clint Camilleri li fisser l-akkużi bħala insinwinazzjonijiet.
“Ikejlu b’xibirhom u fl-aħħar mill-aħħar l-ispiżjar milli jkollu jagħtik”, qal il-Ministru Camilleri.
Illum fil-gazzetti wkoll kien hemm rapporti fil-midja dwar il-mod kif jaħdem Jason Azzopardi fosthom mal-għaqda Repubblika u kif iġiegħel lil Bernard Grech jiddefendih quddiem akkuża ta’ reat li tressaq il-Qorti dwaru hu nhar it-Tnejn li għadda.
Il-Maltatoday qalet ukoll li minn daqstant avukati l-Qorti, Jason Azzopardi ħa lil Arthur Azzopardi, li kien implikat f’każ marbut ma’ korruzzjoni dwar il-fjuwil u li kien ħareġ li hu mażun membru f’loġġa, tant li tkeċċa biss fil-Partit Nazzjonalista fi żmien li kien qed jappoġġja lil Adrian Delia.
Sadanittant b’rabta ma’ dawn l-allegazzjonijiet, Transport Malta fi stqarrija qalet li qed issegwi b’attenzjoni dan kollu. L-Awtorità kkonfermat li, f’każ li ssir tali inkjesta Maġisterjali, ser tkun qed tikkopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu stabbiliti l-fatti dwar dawn l-allegazzjonijiet.