Ilbieraħ beda l-logħob ta’ kwalifikazzjoni tal-European Trophy organizzat minn MITTC Table Tennis Club fil-Kulleġġ ta’ Santa Klara f’Pembroke fejn kienu fl-azzjoni t-timijiet Maltin.
Fil-kategorija tal-irġiel, Marcozzi għelbu lil MITTC 3-2 filwaqt li ASD Tennis Tavolo Santa Tecla Nulvi kisbu rebħa ta’ 3-1 kontra HiTT Academy Tibhar.
It-tim tal-irġiel ta’ MITTC hu magħmul minn Daniel Bajada, Kim Taeyhun u Joan Masip filwaqt li Gabriel Grixti, Conrad Puli u Luke Bonello jiffurmaw HiTT Academy Tibhar.
Fil-kategorija tan-nisa, kien hemm żewġ rebħiet identiċi ta’ 3-2 minn MITTC li għelbu lil Quattro Mori u Muravera. Dan it-tim hu magħmul minn Anthea Cutajar, Roaa Elnaghi u Styliani Tzaridou.
It-timijiet parteċipanti huma MITTC, HiTT, Muravera, ASD Tennistavolo Sassari, ASD Tennistavolo Norbello, ASD Marcozzi, Quattromori u ċ-champions attwali Panathinaikos.