F’ċerimonja biswit il-mafkar ta’ Jum ir-Repubblika fi Triq Diċembru 13, il-Partit Laburista sellem lil Malta Repubblika. Din is-sena ċ-ċerimonja għandha sinifikat ikbar minħabba li qed infakkru l-50 sena mindu Malta saret Repubblika.
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela u l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fakkru s-sinifikat ta’ din il-ġrajja storika, primarjament l-għaqda mhux biss bħala Partit, iżda bħala pajjiż li flimkien ma’ kisbiet oħra, għenu biex dan il-poplu sar poplu wieħed.
Kien bħal għada, it-13 ta’ Diċembru tal-1974, meta Gvern Laburista kien wassal għal din il-kisba storika. Minn dakinhar, daħlet fis-seħħ kostituzzjoni ġdida u l-awtorità eżekuttiva għaddiet għand il-President ta’ Malta bħala l-kap tal-istat Malti.