Ingliż ta’ 54 sena li jgħix il-Mellieħa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident tat-traffiku seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, f’Dawret San Pawl.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur tal-għamla Honda, fejn tilef il-kontroll u ħabat fi skip li hemm fit-triq.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar.
Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia.
Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.