Arkeoloġisti jemmnu li għadhom kemm skoprew il-qabar ta’ San Nikola, l-isqof filantropiku Grieg u l-ispirazzjoni wara l-ikona tal-Milied Santa Klaws.
Is-sarkofagu magħmul mill-ġebla tal-franka fih sitt piedi u instab mirdum sitt piedi taħt l-art fil-binja ta’ żewġ sulari li tikkumplimenta l-Knisja ta’ San Nikola f’Demre Antalya t-Turkija.
Hawnhekk kien ilhom isiru skavi arkeoloġiċi mill-1989 peress li dejjem kien hemm twemmin li dan kien l-aħħar post li għex fih San Nikola, però din l-aħħar sejba hija l-aktar waħda sinifikanti.
Il-proġett huwa mmexxi minn Ebru Fatma Findik, Professur fl-Università ta’ Hatay Kemal bħala parti mil-’Legacy for the Future Project.’
Huwa qal li, “Il-fatt li sibna sarkofagu qrib il-knisja, li dejjem kien emmnut li kien il-post fejn indifen, iġiegħlna nemmnu li dan verament hu s-sit sagru li tant ilna nfittxu. Din hija konfermazzjoni sinifikanti arkeoloġika tas-sorsi storiċi li jitrattaw il-post fejn hu midfun San Nikola.”
Filwaqt li l-post jagħti kredibilità li l-qabar huwa ta’ San Nikola, it-tim tar-riċerka qed jittamaw li jsibu xi iskrizzjoni li tikkonferma min hemm fis-sarkofagu u anke jkunu jistgħu jiddeterminaw id-data ta’ meta kien midfun.
S’issa għadu inkixef totalment l-għatu, b’sessjoni żgħira biss tal-kaverna tad-difna li hi viżibbli, bit-tim qed jippjana aktar skavi fix-xhur li ġejjin sabiex jiskopru aktar dettalji.