Il-Partit Laburista fi stqarrija qalu li f’attività politika li fiha kompliet tispikka l-falsità ta’ Simon Busuttil, fejn huwa bħala politiku lest li joqgħod fuq ittri anonimi fuq ħaddieħor, iżda mbagħad mhux lest li jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Beppe Fenech Adami u agħar minn hekk qed jagħżel li jattakka u jinjora inkjesta u investigazzjoni.
Il-PL qal li dan huwa każ serju fejn kumpanija li tagħha huwa direttur il-Viċi Kap tiegħu kienet assoċjata ma’ ċrieki ta’ ħasil ta’ flus li ġejjin mid-droga.
Fl-istess ħin illum, Busuttil bl-aktar mod iresponsabbli u baxx qal li l-Prim Ministru jiddefendi lil min jitraffika d-droga. Kumment tal-mistħija, qal hekk il-PL
L-istqarrija temmet tgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni għadu s’issa ma ppubblikax invoices li huwa stess ordna li jsiru biex jgħatti l-fatt li negozjant kien qed iħallaslu l-pagi.