Fid-dawl ta’ dak li ġara fl-aħħar jiem fis-Sirja, fejn ir-ribelli rnexxielom jieħdu l-kontroll tal-pajjiż mir-renju ta’ Bashar Al-Assad, l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali issospendiet temporanjament l-eżami tal-applikazzjonijiet tal-ażil, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk pendenti għall-protezzjoni internazzjonali ta’ ċittadini Sirjani.
Fi stqarrija ntqal li l-aġenzija ser tkompli tevalwa s-sitwazzjoni li qiegħda tevolvi minn ħin għal ieħor bil-għan li tkompli l-proċess ta’ dawn l-applikazzjonijiet fl-inqas ħin possibbli.
L-aġenzija iddeċidiet li tieħu din l-azzjoni minħabba li fiċ-ċirkostanzi preżenti m’huwiex possibbli li jiġu evalwati b’mod korrett ir-raġunijiet għall-ażil tal-applikanti li qed jipprovaw isibu protezzjoni internazzjonali.