Raġel ta’ 33 sena mill-Isla nżamm taħt arrestat wara li ammetta li wettaq żewġ serqiet fi ħwienet differenti, fejn fit-tnejn li huma seraq oġġetti ta’ fwejjaħ.
Bjorn Borg ammetta li f’Diċembru li għadda seraq fwejjaħ u body lotions li telgħu għal valur ta’ iktar minn €5,000.
Huwa inqabad jisraq fiż-żewġ ħwienet fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta u fin-Naxxar, mill-kameras tas-sigurta.
Għalkemm talab għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għax l-imputat mhuwiex affidabbli u mgħandux residenza fissa.