Erba’ persuni nħarġu minn taħt it-tifrik u ttieħdu l-isptar, wara splużjoni fi blokka t’appartamenti f’The Hague, fl-Olanda.
Għadu mhux magħruf x’wassal għal din l-isplużjoni qrib iċ-ċentru tal-belt, jew in-numru ta’ persuni li hemm nieqsa.
Dan filwaqt li timijiet ta’ salvataġġ u tiftix, qed jiġu assistiti minn klieb imħarrġa sabiex jinstabu oħrajn.
Preżenti fuq il-post, kien hemm għexieren ta’ vetturi tat-tifi tan-nar, b’pumpieri jaħdmu kemm minn fuq l-art kif ukoll minn għoli, assistiti wkoll minn timijiet tal-ajru. Fuq il-post dehru wkoll xi fdalijiet, fosthom mit-twieqi, kif ukoll duħħan. Dan filwaqt li r-riħa ta’ ħruq dwiet fl-arja.