Il-Fondazzjoni Marigold nediet il-kampanja favur l-awtiżmu għal din is sena. Lejlet ix-xahar ta’ April ser tkun qed tinxtegħel iċ–Ċittadella ġewwa Għawdex bħala parti mill-kampanja dinjija organizzata minn Autism Speaks.
Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold is-Sinjura Michelle Muscat, qalet li l-għażla li tinxtegħel iċ–Ċittadella kienet meħuda fuq żewg binarji, l-aktar waħda ewlenija hi li l-kundizzjoni tal-awtiżmu hija waħda li tinżamm mistura minn ħafna nies b’ konsegwenza li ħafna nies mhumiex konxji tal-isfidi li jgħaddu minnhom il-ġenituri li għandhom tfal ibatu minn din il-kundizzjoni.
Permezz ta’ din l-inizjattiva Malta u Għawdex ser ikunu qed jingħaqdu wkoll ma’ pajjiżi barranin u man-Nazzjonijiet Uniti fil-programm internazzjonali ‘Light it up Blue’organizzat minn Autism Speaks. Il-Fondazzjoni Marigold ser tkun qed tingħaqad ukoll ma’ Autism Europe fil-kampanja ‘Breaking Barriers Together for Autism’ bil-għan li nibnu soċjetà aktar aċċessibbli.
Iċ–Ċittadella ser tkun qed tinxtegħel nhar il-31 ta’ Marzu fit-8pm.