Illum is-7 ta’ Diċembru jagħlaq għeluq snin il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela.
Iben il-President Emeritu George Abela u martu Margaret twieled bħal-lum 47 sena, jiġifieri fl-1977.
Huwa studja l-liġi fl-Università ta’ Malta, fejn gradwa fl-2002. Fil-kors tal-liġi huwa ltaqa’ ma’ martu Lydia, fejn iżżewġu fl-2008. Minn dan iż-żwieġ, Robert u Lydia kellhom tifla, lil Giorgia Mae.
Dr Robert Abela daħal fil-politika fl-2017 u ġie elett fl-elezzjoni ġenerali ta’ din is-sena mis-sitt distrett.
F’Jannar tal-2020, Robert Abela ġie elett bħala Mexxej tal-Partit Laburista u sussegwentament sar Prim Ministru ta’ Malta.
F’isem ONE News nawguraw l-isbaħ xewqat lill-Prim Ministru Robert Abela f’għeluq sninu.
Fost dawk li awgurat lill-Prim Ministru, kien hemm martu, Dr Lydia Abela.