Is-sena l-oħra, Malta rreġistrat l-akbar żieda fiċ-ċittadini li siefru bl-ajru lejn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, meta mqabbel ma’ sena qabel.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.
Minn din l-istatistika ħareġ li ż-żieda fiċ-ċittadini Maltin li siefru, is-sena l-oħra kienu ta’ aktar minn tlieta u tletin fil-mija, meta mqabbel mas-sena 2022.
Dan huwa ferm iżjed mir-rata medja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, bir-rata hawnhekk hija ta’ dsatax punt tlieta fil-mija.
Dan ifisser differenza ta’ erbatax fil-mija.
Skont dawn iċ-ċifri ħareġ kif is-sebgħa u għoxrin stat membru tal-Unjoni Ewropea, kollha kellhom żieda f’dawk iċ-ċittadini li siefru s-sena l-oħra, meta mqabbel ma’ sena qabel.
Ħareġ ukoll li wara Malta, bl-aktar żidiet fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma s-Slovenja u r-Repubblika Ċeka.
Dan filwaqt li l-inqas pajjiżi li rreġistraw in-nies huma l-Estonja, il-Greċja u l-Litwanja.