“Kattiverja.” Hekk sejjaħ dak li għadda minnu f’dawn l-aħħar jiem, id-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis, waqt il-programm Bil-Fatti fuq ONE.
Dan b’rabta mal-imminar li sar fil-proċess li mar għalih, aktat kmieni din il-ġimgħa, dak ta’ Imħallef fil-Qorti Ewropea, wara sejħa.
Huwa nnota d-differenta bejn l-atteġġjament tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista.
“Però, il-Partit Nazzjonalista ma jistax jifhem, ma jistax jitgħallem li meta mmorru hemm barra, indaħku n-nies bina, bir-rispett kollu, meta nagħmlu dan it-tip ta’ proċessi. Għaliex jien jekk tgħidli fuq il-President tal-Parlament Ewropew Metsola, nikkritikawha għaliex hija persuna pubblika, f’irwol politiku. Però, jekk tgħidli jekk miniex kburi li l-President tal-Parlament Ewropew huwa Malti u hi Roberta Metsola, jien kburija biha.”
Deputat Laburista, Edward Zammit Lewis
Fl-intervista, id-deputat Laburista sostna li se jibqa’ jaħdem fil-Parlament għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
Nazzjonalisti u nerġa’ ngħid ma rridx naqgħu, aħna Gvern ta’ kulħadd u ngħinu lil kulħadd u ma rridx nara lin-nies ibatu minħabba kattiverija żejda, li mhux ma jistħoqqx lill-Partit Nazzjonalista, ma jistħoqqilniex bħala Maltin u Għawdxin.”
Deputat Laburista, Edward Zammit Lewis