Il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, se jorganizza l-ħames edizzjoni tal-attività, Betlehem f’Santa Venera, b’risq il-Malta Community Chest Fund bejn it-13 u l-15 ta’ Diċembru li ġej.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli.
Għall-ewwel darba, din is-sena l-attività se tkun mifruxa fil-ġonna ta’ Romeo Romano u Casa Leoni.
Il-Ministru Zrinzo Azzopardi spjega kif din l-attività se tkun opportunità għall-pubbliku biex iżur dawn il-ġonna tas-seklu tmintax.
Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli fejn ddeskriviet din l-attività bħala waħda li żżomm it-tradizzjonijiet Maltin ħajjin.
Dwar din l-attività kkummenta s-Sindku ta’ din il-lokalità, Gianluca Falzon.
“Dawn it-tlett ijiem se jkunu miftuħin għall-pubbliku, dħul b’xejn. Se jkun hawn bosta stalls armati tal-Milied u kif ukoll se jkun hawn il-ġrajja tal-Milied.
Gianluca Falzon, Sindku ta’ Santa Venera