Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħareġ il-proposti li dwarhom kien hemm qbil mal-Unjin tal-Għalliema, l-MUT, f’dawn l-aħħar tmien ġimgħat.
Dawn huma tnaqqis fit-tul ta’ kull semestru akkademiku, tnaqqis tal-units u suġġetti differenti li jiġu mgħallma mal-letturi, tnaqqis fid-daqs tal-klassi f’ċertu livelli, flessibilità fil-ħin u sigħat li l-letturi jkunu preżenti fuq il-kampus, dan filwaqt li l-lezzjonijiet jispiċċaw fit-15:30 minflok fl-16:30.
Intqal li l-uffiċjali ilhom jinsistu mal-MUT biex ikunu sospiżi l-azzjonijiet industrijali li qed jaffettwaw il-qagħda tal-istudenti.
Intqal li d-diskussjonijiet u fejn kien possibbli, l-amministrazzjoni aċċettat numru ta’ talbiet mal-MUT, anki ħadet piż fuqha biex tilħaq it-talba tal-unjin.
Ħareġ ukoll li mhux minnu li l-Gvern ma riedx jiddiskuti mal-MUT dwar l-istruttura tal-progressjoni tal-karriera u l-kriterji marbuta ma’ tali progressjoni.
Intqal kif kien reġistrat qbil dwar dawn il-proposti msemmija, l-amministrazzjoni talbet biex bħala sinjal ta’ rieda tajba, l-MUT tissospendi d-direttivi li kienu qed jaffettwaw il-perkors edukattiv tal-istudenti.
Għal darba oħra ntqal li l-amministrazzjoni hija dejjem miftuħa, kif kienet dejjem, għal djalogu u għalhekk tħeġġeġ lill-MUT biex tmur lura mal-medja tad-diskussjoni.
L-MUT qed tintalab għal darba oħra biex tneħħi l-azzjonijiet industrijali li għandhom impatt dirett fuq il-perkors edukattiv tal-istudenti, biex immedjatament ikomplu d-diskussjonijiet.