Għall-konvenjenza politika li sfortunatament iħaddan, il-Partit Nazzjonalista jonqos milli jgħid li l-Qorti ċaħdet b’mod ċar it-talbiet ta’ Bernard Grech biex jagħmel sarima u ma jħalliex il-poplu jkun jaf dwar il-Budget pożittiv li ressaq il-Gvern.
Stqarrija mill-Partit Laburista qalet li l-baġit li ta l-akbar tax-cut fl-istorja, tfisser li kull ħaddiem l-ewwel €1,000 li jaqla’ mhumiex taxxabbli. Dwar dan u fost oħrajn l-għaxar żieda fil-pensjonijiet u żieda qawwija oħra fiċ-Children’s Allowance, Bernard Grech ma riedx li l-poplu jkun infurmat.
“L-ipokrezija ta’ Bernard Grech tikber meta spots tal-Budget li lmenta dwarhom, xandarhom bi ħlas fuq l-istazzjon tiegħu”, temm jgħid il-Partit Laburista.