Ilbieraħ tard filgħaxija wasal f’pajjiżna, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergey Lavrov.
Din hija l-ewwel darba mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, li Lavrov jinsab f’pajjiż stat membru tal-Unjoni Ewropea, minn Frar tal-2022.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu jinsab f’Malta għal-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali tal-OSCE, li se ssir bejn illum u għada, fl-MFCC, f’Ta’ Qali.
Ir-Russja hija waħda mis-57 pajjiż ta’ din l-organizzazzjoni.
Din l-aħbar qed tkun irrapportata bi prominenza minn siti tal-aħbarijiet madwar id-dinja.