L-Erbgħa filgħaxija sfaxxa fix-xejn, il-Gvern Franċiż tal-Prim Ministru Michel Barnier. Dan wara li tilef vot ta’ fiduċja fil-Parlament Franċiż.
Kienu 331 minn 577 Membru Parlamentari li vvotaw kontra l-Prim Ministru Franċiż. Dan il-vot ta’ sfiduiċja ttieħed wara li l-Gvern ta’ dan il-pajjiż ipprova li jgħaddi baġit b’miżuri ta’ awsterita sabiex jiġġieled id-defiċit qawwi li għandu dan it-tieni l-akbar pajjiż fl-Unjoni Ewropea.
Dan il-vot ta’ sfiduċja se jfisser li Michel Barnier se jkun serva l-iqsar terminu bħala Prim Ministru fl-istorja politika moderna Franċiża. Barnier huwa wkoll l-ewwel Prim Ministru li ġie sfiduċjat mill-Parlament Franċiż mill-1962.
Dan il-vot issa jfisser kriżi għal Gvern tal-President Franċiż Emmanuel Macron.