Suhas Umesha, Indjan ta’ 38 sena u li qed jagħmel kors tal-Masters fl-Università ta’ Malta nżamm arrestat wara li ġie mixli li wettaq atti sesswali fuq tfajla u li ta fastidju sesswali lil oħra, fl-Università stess.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li bejn l-24 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru wettaq att ta’ natura sesswali fuq tfajla ta’ 18-il sena. Sadanittant, intqal li l-vittmi qalu lill-Pulizija li l-akkużat jgħix fl-istess ħdejhom u xi drabi jiltaqgħu miegħu fil-kċina komuni tal-binja.
Allegaw ukoll li xi drabi l-akkużat staqsihom mistoqsijiet mhux xierqa. kif ukoll qabad partijiet minn ġisimhom mingħajr il-kunsens taghhom.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Jean Paul Grech żammet l-imputat arrestat.