Bdiet il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront tal-eks Surġent Cherise Camilleri ta’ 28 sena minn Ħal Qormi, li tinsab mixlija bi żvelar ta’ informazzjoni fosthom b’rabta ma’ rejds li kellhom isiru lill-persuni dwar diversi investigazzjonijiet.
Iżda minħabba n-natura ta’ dan il-każ, il-Maġistrat Gabriella Vella żgumbrat l-awla għal midja u b’hekk il-kawża instemmgħet fil-magħluq. Dan anke minħabba l-ismijiet li aktarx se jiġu żvelati waqt is-smigħ.
Meta ġiet imressqa, l-eks Surġent fi ħdan l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, fost l-oħrajn ġiet mixlija li kienet parti minn organizzazzjoni kriminali, ġiet imxaħħma fil-kors tax-xogħol tagħha bħala uffiċjal pubbliku, ħarġet informazzjoni kunfidenzjali u b’ħasil ta’ flus.
Hija kienet wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha.