John Lenehan u Danica Bonello Spiteri huma l-atleti l-aktar riċenti li kitbu isimhom fuq it-trofew tal-Malta International Challenge Marathon.
The Challenge, kif inhi magħrufa mal-komunita tal-atletika, hija maratona li ssir fuq tliet ijiem. Tibda l-Ġimgħa filgħodu b’tellieqa ta’ 10 mili gewwa s-Siggiewi. Is-Sibt, l-atleti jtellqu fuq rotta ta’ 5km ċatta ġewwa Wied il-Għajn. L-avveniment jintemm il-Ħadd b’rotta twila u ta’ sfida—nofs maratona ta’ 21km li tibda minn Buġibba, tagħdi mill- Wardija, mix-Xemxija, u tispiċċa ħdejn l-Akwarju Nazzjonali f’Buġibba.
Fost il-parteċipanti kien hemm numru ta’ atleti barranin li vvjaġġaw apposta lejn Malta għal din it-tellieqa. L-atleta Irlandiż John Lenehan, rebbieħ tat-tellieqa tal-irġiel, żamm l-ewwel post matul it-tliet ijiem tal-avveniment. Warajh fuq il-podju kien hemm Glenn Bonello – l-ewwel Malti li temm it-tellieqa, u Cuneyt Micallef. It-tlieta żammew dawn il-pożizzjonijiet matul ir-rotta kollha taċ-Challenge.
Danica Bonello Spiteri għamlet id-debutt tagħha fil-Challenge, fejn uriet l-esperjenza tagħha bħala triatleta b’saħħitha u b’għarfien sod fl-isports tal-endurance. Hija wriet ħila partikolarment fuq id-distanzi twal, fejn hi spiċċat qabel Francesca Arrigo. Madankollu, Arrigo waqfet il-mixja rebbieħa ta’ Bonello Spiteri meta rebħet it-tellieqa ta’ 5km. Il-podju finali ra lil Bonello Spiteri fl-ewwel post, lil Arrigo fit-tieni, u lil Melanie Azzopardi fit-tielet. Azzopardi kellha prestazzjoni konsistenti matul it-tellieqa kollha, fehn hi dejjem spiċċat fit-tielet post matul il-fażijiet kollha tal-Challenge.
Birkirkara St Joseph Sports Club se jospita l-aħħar avveniment tiegħu għas-sena fit-13 ta’ Diċembru, fejn se jorganizza l-Eurosport BSJ Fleur-De-Lys Races. Dawn it-tlielaq, li se jiġbru fondi għall-YMCA, se jinkludu tellieqa ta’ 10km u oħra ta’ 5km, u se jsiru b’tifkira ta’ Jake Vella, membru maħbub tal-Club.
Riżultati tal-Malta International Challenge Marathon
Irġiel | Nisa | |
Overall | ||
1st | John Lenehan (2:33:00) | Danica Bonello Spiteri (3:14:31) |
2nd | Glenn Bonello (2:50:50) | Francesca Arrigo (3:20:34) |
3rd | Cuneyt Micallef (3:05:23) | Melanie Azzopardi (3:23:13) |
Gruppi tal-eta | ||
Over 35 | John Paul Mifsud (1st) Christian Farrugia (2nd) Silvio Sciberras (3rd) | Adrienne Szabo |
Over 40 | Redent Spiteri | Pauline Briffa |
Over 45 | Antoine Abela (1st) Joseph Zammit (2nd) Jean Borg (3rd) | Loren Mercieca (1st) Lorraine Xuereb (2nd) Rachel Padovani (3rd) |
Over 50 | Jason Cassar (1st) Raymond Grech (2nd) Andrew Buttigieg (3rd) | Brigitte Calascione |
Over 55 | Rob Voorn (1st) Ron Van der Veen (2nd) | Birgit Voom |
Over 65 | Joseph Grech |