Raġel qed jinżamm taħt arrest fuq akkużi li pparteċipa f’attivitajiet sesswali, u kkorrompa lil bintu ta’ tmien snin li tbati bid-Down Syndrome.
Il-Pulizija saħqu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li l-Aġenzija Appoġġ għaddiet informazzjoni dwar każ t’abbuż ta’ tifla. L-Investigazzjonijiet bdew wara li sar rapport ukoll mill-iskola li tattendi l-istess tifla.
Il-Pulizija sostnew li kien hemm suspetti raġonevoli li missier it-tifla wettaq dawn l-atti, għaliex it-tifla amettiet li l-abbuż kien qed isir minn missierha fid-dar fejn jgħixu. Dan ammettietu fil-preżenza t’ommha u ta’ uffiċċjali tal-Appoġġ.
Id-difiża rritaljat għal dawn l-akkużi billi qalet li t-tifla kienet imwiegħda rigali jekk titkellem b’dan il-mod fuq missierha, li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ċaħħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq bażi ta’ possibilta ta’ indħil fil-provi, u il-fatt li l-akkużat ista jinfluwenza lix-xhieda. Il-Qorti talbet ukoll li l-arranġamenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ikunu b’mod li jistgħu jżommu lill-akkużat li għandu kundizzjoni medika b’mod xieraq u sigur. Il-Qorti iżda laqgħet it-talba tad-difiża li l-Learning Support Assistant tat-tifla tinbidel u li kopja tal-verbal jintbagħat lill-Ministru għall-Edukazzjoni u anke lill-Kap tal-iskola tat-tifla.