Taħlita ta’ mistiedna lesti biex waqt IL-BARBIER jiddiskutu u jitkellmu dwar temi varji. Din il-ġimgħa, Tano Vella jitkellem mat-tattoist Thomaz Cauchi, mal-attur Manuel Cassar, mas-sesswologu Matthew Bartolo u ma’ Adrian Grech Cumbo, anzjan li għadu fid-dinja tax-xogħol.
Kif jgħidu, kliem ix-xiħ żomm fih u Adrian Grech Cumbo, jitkellem dwar kemm hi qasira l-ħajja. Mill-banda l-oħra, Manuel Cassar b’mod simpatiku jistqarr kif jippreferi jmur jimxi filgħodu, mhux filgħaxija.
It-tattoist Thomaz Cauchi jirrakkonta kif għandu bosta rġiel jiftħu qalbhom fuq kollox filwaqt li Matthew Bartolo dwar kif f’ħajjitna ma nistgħux nagħtu l-mija fil-mija f’kollox.
Minn suġġett għall-ieħor u l-kliem kif jgħidu bħaċ-ċirasa, segwi l-programm IL-BARBIER kull nhar ta’ Tnejn fid-8:45pm fuq ONE