Mill-anqas 25 persuna sfaw maqtula fil-Majjistral tas-Sirja f’attakki mill-ajru kkordinati bejn il-Gvern Sirjan u r-Russja.
Sorsi militari qalu li nhar il-Ħadd, ajruplani Russi u Sirjani attakkaw il-belt ta’ Idlib li ġiet okkupata mir-ribelli hekk kif il-President Sirjan Bashar al-Assad ħalef li se jkisser lir-ribelli li kienu daħlu fil-belt ta’ Aleppo.
L-armata qalet li kien irnexxielha tieħu lura diversi bliet li r-ribelli kienu okkupaw fl-aħħar jiem.
Minn meta bdew dawn l-attakki fis-27 ta’ Novembru diġa mietu 56 ruħ inkluż 20 tfal.
Ir-ribelli huma koalizzjoni ta’ gruppi armati Torok flimkien ma’ Hayat Tahrir al-Sham grupp Iżlamista li ġie kkaratterizzat bħala wieħed terrorista mill-Istati Uniti, Russja, Turkija u pajjiżi oħra.