L-istess Partit Nazzjonalista li pprova jħammeġ Deputat Laburista b’hold-up, u l-Qorti uriet li kienet biss storja vvintata, issa qed jipprova jassoċja lill-Prim Ministru ma’ mewt ta’ persuna.
Bernard Grech lest imur f’dawn l-estremitajiet biex mingħalih jaħtaf f’idejh il-poter. Għalhekk l-inkompetenza tiegħu qed iġġibu perikoluż.
Bit-tieni stqarrija tiegħu, Bernard Grech ammetta li verament kien hu li rrapporta lill-Prim Ministru mal-Maġistrat Inkwirenti.
Wieħed jistaqsi – x’żamm lill-Kap tal-Oppożizzjoni milli jinforma lill-poplu bl-aġir tiegħu iktar minn tliet xhur ilu?
Anke din id-darba, il-verità se toħroġ kollha.