Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg, magħruf bħala Mr Facebook ikkonferma li nqeda b’uffiċjali Nazzjonalisti, partikolarment Jordan Galea Pace, li huwa l-Viċi Sindku tas-Swieqi.
Galea Pace, li jaħdem ma’ SideStreet, is-suppost midja indipendenti li nqabdet taħdem mid-Dar Ċentrali aktar kmieni din il-ġimgħa, kien barra l-Imġarr Hotel il-Ħadd filgħodu biex isaqsi lill-Ministru Clint Camilleri.
Il-Ħadd filgħodu Borg tella’ post fuq Facebook fejn qal li kellu f’idejh id-diskors li l-Prim Ministru Robert Abela kien se jagħmel ġewwa l-Grand Hotel f’Għawdex, fejn kien se jsemmi l-eks Ministru Laburista Justyne Caruana.
Dalgħodu Justyne Caruana kienet preżenti għad-diskors tal-Prim Ministru fejn intlaqgħet minn dawk preżenti.
Alex Borg ilu jaspira li jieħu post Bernard Grech.
Borg, meqjus bħala l-filjozz ta’ Adrian Delia tgħidx kemm jitkellem fil-beraħ ma’ nies fiċ-ċrieki tal-partit li lest jieħodha kontra l-Kap u jisfidah.
Dan għamlu anki fl-aħħar xhur f’mumenti insensittivi għall-Partit Nazzjonalista.
Imbagħad il-Ħadd filgħaxija, Alex Borg tella’ filmat minn Londra li bih issa kixef ukoll lil sieħbu l-Viċi Sindku Nazzjonalista tas-Swieqi.
AQRA IKTAR: