Illum, f’Malta u f’diversi pajjiżi oħrajn, bosta ħwienet u stabbilimenti ċċelebraw il-ġurnata magħrufa bħala l-‘Black Friday’.
Il-ġurnata, li tinżel tajjeb max-xerrejja, toffri bosta skontijiet fuq diversi oġġetti u prodotti li lkoll huma mfittxijin f’dan iż-żmien.
Waqt li, anke f’pajjiżna, hawn min l-iskontijiet ilhom li bdew mill-bidu tax-xahar, il-ġurnata tal-‘Black Friday’ hi meqjusa wkoll bħala l-bidu għax-xiri għal żmien il-Milied.
Sadanittant, ONE News tkellem mal-maniġer tal-istabbiliment, Andrea Diego Nicotra, fejn qasam magħna l-entużjażmu li din il-ġurnata ġġib mal-klijenti tagħhom fejn isibu bosta skontijiet qawwija.
“We are quite excited to give some huge discounts and huge deals to our customers at Big Mat, because they can find discounts of up to 60%, so we have a lot and a range of items they can find with very big deal.”
Andrea Diego Nicotra – maniġer
Hu qal li kemm illum, kif ukoll matul dan it-tmiem il-ġimgħa, l-istabbiliment se jkun qed jistenna domanda kbira ta’ nies.
“Thanks to the offer that we have in here and even online on our website, we are expecting a lot of people that come in, especially in this weekend because the offers are quite ranged and huge ones.”
Andrea Diego Nicotra – maniġer