L-imsieħba soċjali laqgħu l-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, li ġie ffirmat il-Ġimgħa filgħodu.
Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union, Josef Bugeja, qal kif dan il-ftehim se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema.
“Biddilna ħafna affarijiet li ħa jkunu ta’ benefiċċju għall-mod kif jaħdem iċ-Ċivil u għall-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku u dan jorbot ukoll mad-diversi ftehim settorjali li ġew iffirmati matul dawn is-snin.”
Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja
Il-Kap Eżekuttiv tal-Unjin Ħaddiema Magħqudin, Josef Vella, tkellem dwar kif dan il-ftehim se jagħti titjib b’saħħtu fil-pagi għal dawk il-ħaddiema fl-iskali l-aktar baxxi.
“L-aktar ħaġa li ħadna ħsieb kienet li nagħmlu restoration fejn tidħol ir-relattività bejn l-iskali. Naħseb kienet bżonnjuża, kien wasal iż-żmien tagħha. Rajna li, sal-2030, nerġgħu naraw restoration perfetta bejn il-ħaddiema kollha.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, Josef Vella
Il-President tal-Union tal-Periti u l-Inġinieri tas-Settur Pubbliku, Conrad Casha, ukoll semma kemm dan il-ftehim hu wieħed b’saħħtu.
“Naħseb kien agreement tajjeb ħafna, anke barra l-aspett finanzjarju, jindirizza numru ta’ affarijiet li jiżviluppaw minn żmien għal żmien, dawk li jistgħu jkunu anomalji.”
Il-President tal-Union tal-Periti u Inġiniera tas-Settur Pubbliku, Conrad Casha
AQRA WKOLL: