F’aħbar fuq is-sit tal-aħbarijiet, suppost indipendenti, Sidestreet, bi żball tħalliet magħżula l-location ta’ Facebook u din ma kienet xejn għajr dik tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
B’hekk inkixef il-fatt li l-Partit Nazzjonalista qed joħroġ fergħat tiegħu li taparsi huma indipendenti.
Il-moħħ wara din il-paġna tal-aħbarijiet, suppost indipendenti, huwa l-Viċi Sindku Nazzjonalista f’Tas-Swieqi, Jordan Galea Pace.
Miegħu kien hemm il-Kunsilliera Nazzjonalista tal-Mosta Michaela Ann Bayliss.
Michael Piccinino, li tiela’ u nieżel quddiem l-Awtorità tax-Xandir, f’dak li jsejjaħ bħala żbilanċ fuq ix-xandir nazzjonali, li fil-maġġoranza tagħhom il-Partit Nazzjonalista jitlef, issa qed joħnoq il-midja u jipprova jagħmilha tiegħu.
Fl-aħħar waħda, Piccinino flimkien mal-eks Segretarju Ġenerali ta’ żmien GonziPN, Pawlu Borg Olivier marru l-Qorti biex ma jixxandrux spots dwar il-Baġit fuq ix-xandir nazzjonali.
B’din il-kawża tintrema ’l barra mill-awli ġudizzjarji u anke saħansitra ordnat lill-Partit Nazzjonalista biex jerfa’ hu l-ispejjeż tal-Qorti.
Spots li l-midja Nazzjonalista spiċċat xandrithom bi flus fuq l-istazzjon tagħha, imma l-Partit Nazzjonalista lmenta li jixxandru fuq ix-xandir nazzjonali.