Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi ma sab l-ebda ħtija fil-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard b’rabta ma’ lment li sar mid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Il-membru Parlamentari mill-fergħa tal-establishment allega li l-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ġustizzja kisru l-liġi, għax skontu żvelaw informazzjoni dwar inkjesta Maġisterjali b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.
Il-Kummissarju rrimarka li l-għoti ta’ aħbar dwar l-andament ta’ inkjesta Maġisterjali ma jikkwotax xi parti mill-istess inkjesta u, għaldaqstant, ikkonkluda li mhemm l-ebda indikazzjoni li l-Prim Ministru u l-Ministru għall-Ġustizzja kellhom tali tagħrif.