Raġel ta’ 43 sena residenti l-Belt Valletta ġie arrestat mill-Pulizija t-Tlieta filgħodu, fi Triq is-Serkin fil-Marsa, wara li l-investigazzjonijiet wasslu għal sejba ta’ 41 borża ta’ droga suspettata eroina u kokaina, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti.
Stqarrija tal-Pulizija qalet li, dwar dan il-każ, inħatret inkjesta mill-Maġistrat Philip Galea Farrugia, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI