MICAS qed tiċċelebra l-ftuħ tal-wirja tal-artista Portugiża Joana Vasconvelos b’jumejn ta’ aċċess b’xejn bejn is-7 u t-8 ta’ Diċembru li ġejjin.
F’din l-okkażjoni, se jkunu jistgħu jsiru wkoll mixjiet fil-galleriji għat-tfal, attivitajiet edukattivi, wirja storika gwidata, logħob fil-miftuħ u anke mużika live.
Iċ-Chairperson Eżekuttiva tal-MICAS, Phyllis Muscat, qalet li qed jiġi ppjanat tmiem il-ġimgħa speċjali għall-familji kollha u għal dawk kollha li qatt ma esperjenzaw wirja mill-artista Vasconvelos.
“Din hi opportunità mill-aqwa għal kulħadd biex jesperjenza d-destinazzjoni kulturali l-ġdida f’pajjiżna, waqt li tiġi apprezzata l-arkitettura fil-fortifikazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri, li sa ftit ilu ma kinitx aċċessibbli għall-pubbliku,” tenniet Muscat.
Aktar tagħrif dwar l-open weekend jinsab fuq is-sit uffiċjali www.micas.art.