Edizzjoni rari ta’ ktieb dwar Harry Potter inbiegħet għas-somma ta’ £36,000.
Christine McCulloch fl-1997 kienet xtrat kopja tal-ktieb ‘Harry Potter and the Philosopher’s Stone’ għat-tifel tagħha Adam mingħand ħanut tal-kotba fi Stratford-upon-Avon għas-somma ta’ £10 fejn stqarret li qatt ma kien għaddielha minn rasha li l-istess ktieb, tletin sena wara, kien se jkun jiswa l-eluf.
Ilbieraħ l-Erbgħa, din l-ewwel edizzjoni kienet mibjugħa waqt ir-Rare Book Auctions f’Lichfield, Staffordshire, bix-xejjer iħallas is-somma totali ta’ £45,000 li tinkludi sehem id-dar tal-irkant.
Dan il-ktieb huwa wieħed minn 500 kopji hardback ippublikati fl-ewwel darba li ġie stampat ktieb ta’ Harry Potter fl-1997. Huwa kien ġie vvalutat bejn £30,000 u £50,000.
Adam McCulloch, minn Tansley, Derbyshire, qal li l-ktieb kien tħalla f’armadju taħt it-taraġ fid-dar li kellhom qabel f’Chesterfield, ironikament simili ta’ Harry Potter fil-ktieb u s-serje ċinematografika. Il-familja tiegħu rrealizzaw il-valur potenzjali tal-ktieb waqt il-lockdown tal-pandemija fl-2020 meta raw stejjer dwar l-ewwel edizzjonijiet.