Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru tħabbar li l-Prim Ministru Robert Abela żied l-portafoll tat-turiżmu mar-responsabbilitajiet tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg.
Dr Abela ħa dan il-pass minħabba r-rabta bejn l-affarijiet barranin, il-ħtiġijiet ta’ pajjiżi żgħar u l-ħidma favur il-kwalità, li bdiet fis-settur tat-turiżmu, qasam daqstant importanti għal pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield se jibqa’ jkollu l-istess responsabbiltajiet, iżda se jingħaqad mal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika mmexxi mill-Ministru Miriam Dalli.
Dan filwaqt li l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici se jassumi r-responsabbiltà tal-industrija tal-films.