B’rabta mal-azzjonijiet industrijali minn żewġ unjins fil-Qorti, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati fetħet protest ġudizzjarju kontra r-rappreżentanti tal-ħaddiema.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, hekk kif wieġeb għal mistoqsija Parlamentari li saret mill-Whip tal-Gvern, Naomi Cachia.
Hu qal li jittama li, fiż-żmien li ġej, dawn l-azzjonijiet, li m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, jitwaqqfu.
Il-General Workers’ Union talbet ir-rikonoxximent ta’ parti mill-impjegati tal-Aġenzija, madankollu, id-Dipartiment għall-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali informa lill-unjin li t-talba ma tistax tintlaqa’, peress li għadda ż-żmien ta’ skadenza għal tali talba.
B’risposta għal din is-sitwazzjoni, il-GWU bdiet serje t’azzjonijiet industrijali, li jinkludu li l-membri tagħha ma jibdlux impjegati oħrajn fuq leave, inkluż dak tal-mard.
Min-naħa l-oħra, l-Unjin Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers ukoll ħarġet struzzjonijiet simili lill-ħaddiema li tirrappreżenta hi.
AQRA AKTAR: