Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-kwartieri l-ġodda ta’ CLA Malta, wara li riċentament din għaddiet minn merger sinifikanti li llum ipoġġiha fost l-aqwa ħames kumpaniji tas-servizzi professjonali f’pajjiżna.
Waqt dawra mal-binja l-ġdida, fejn kien preżenti wkoll il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, saret preżentazzjoni dwar il-kapaċitajiet estiżi ta’ CLA Malta waqt li ġie diskuss ir-rwol tad-ditta fl-appoġġ tat-tkabbir ekonomiku lokali.
Il-Ministru Schembri faħħar il-kontribut sinifikanti ta’ CLA Malta għall-ekonomija u enfasizza r-rwol tagħha biex jiġu attirat iżjed investimenti diretti barranin f’dik deskritta bħala era ġdida ta’ tkabbir.
B’bażi b’saħħitha ta’ klijenti barranin li jinvestu f’Malta, il-kumpanija qalet li se tkompli tappoġġja l-pożizzjoni ta’ pajjiżna bħala ċentru għan-negozju internazzjonali.