F’stqarrija li ġiet publikata matul il-ġurnata tal-Erbgħa, l-MFA ħabret li bħalissa tinsab f’stadju ta’ evalwazzjoni sabiex fil-jiem li gejjin jintgħażlu l-kowċis tat-timijiet nazzjonali Maltin għaċ-ċiklu li jmiss. Dan jikkoinċidi mad-diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-strateġija l-ġdida tal- Assoċjazzjoni li tinkludi proġetti tekniċi fil-qalba tagħha.
Wara li ġiet fit-tmiema t-tieqa internazzjonali ta’ Novembru, ġie fit-tmiema wkoll l-avventura tal-kowċis Davide Mazzotta u Ernesto Javier Chevanton mat-tim nazzjonali tal-kbar tal-irġiel.
Mazzotta u Chevanton ħadu t-tmexxija tat-tim għall-aħħar żewġ twieqi internazzjonali tas-sena, inklużi żewġ partiti kompetittivi f’pajjiżna fil-UEFA Nations League.
Peress li t-terminu interim tagħhom kien kuntrattwalment marbut li jiġi konkluż f’Novembru, l-MFA issa se tieħu ż-żmien tagħha sabiex tevalwa l-għażliet kollha għall-futur. Din l-elevalwazzjoni hija mmirata biex tistabbilixxi organigramma ġdida għall-istruttura teknika tagħha, li se titħabbar fis-sena l-ġdida.
Filwaqt li l-ħatriet ta’ kowċis futuri jibqgħu miftuħa għall-konsiderazzjoni, l-MFA qed tenfasizza li se ssir reviżjoni strateġika biex tkun żgurata l-aħjar triq ‘il quddiem inkluż l-possibbiltà li jinżamm staff tekniku diġà ingaġġat.