Daħal fis-seħħ waqfien mill-ġlied ta’ 60 jum bejn l-istat Iżraeljan u l-grupp tal-Hezbollah.
Skont il-ftehim, Iżrael għandu jirtira l-forzi kollha tiegħu fin-Nofsinhar tax-Xmara Litari, bl-uniċi suldati li jitħallew jokkupaw iż-żona jkunu mill-forzi militari Libaniżi u dawk taż-żamma tal-paċi tal-Ġnus Magħquda.
Min-naħa l-oħraa, il-Libanu għandu jimplimenta superviżjoni aktar stretta fuq il-movimenti tal-Hezbollah fin-Nofsinhar tax-xmara biex ma jħallis lill-militanti jerġgħu jinġabru hemmhekk.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ta tliet raġunijiet għaliex Iżrael qabel ma’ dan il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied.
Primarjament biex Iżrael jiffoka iżjed fuq it-theddida mill-Iran, biex jiġu ngaġġati suldati ġodda u jiddaħħal tagħmir militari ġdid, waqt li iżolazzjoni tal-front tal-gwerra jżomm lill-Hamas u l-Hezbollah ’il bogħod minn xulxin, waqt li tinħoloq opportunità biex jinġiebu lura l-ostaġġi.
Hu stqarr ukoll li l-ftehim jintemm hekk kif il-Hezbollah jerġa’ jipprova jattakka lil Iżrael u jerġa’ jibni infrastruttura ħdejn il-fruntieri, inkluż mini taħt l-art.