Frisk mis-suċċess li kellu ma’ membri oħrajn tat-Take That għall-kunċerti f’Malta fuq erbat ijiem f’Ottubru li għadda, il-kantant famuż Gary Barlow ħabbar tour ġdid għas-sena d-dieħla madwar ir-Renju Unit u l-Irlanda.
Waqt li kienu fostna x-xahar li għadda, it-Take That interpretaw live l-album sħiħ ‘Everything Changes’ għall-ewwel darba mindu nħareġ fl-1993.
Imsejjaħ ‘Songbook’, issa t-tour tiegħu ta’ 41 kunċert hu skedat li jibda mis-17 t’April fejn il-kantant mistenni jesplora l-40 sena fil-karriera tiegħu bħala solista, flimkien mal-band personali tiegħu.
Il-kunċerti, li wkoll se jsiru f’diversi postijiet rinomati, inkluż jumejn fir-Royal Albert Hall ta’ Londra f’Mejju, se jintemmu f’Ġunju.
Tħabbar li l-biljetti għal dawn il-kunċerti se jibdew jinbiegħu minn nhar il-Ġimgħa li ġej fid-9:30 ta’ filgħodu fuq ticketmaster.