L-Assoċjazzjoni għal-Lukandi u r-Restoranti, l-MHRA, u l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering, l-ACE, awguraw lid-Deputat Prim Ministru Ian Borg, li issa għandu wkoll il-portafoll tat-turiżmu.
Fl-istqarrija tagħha, l-ACE qalet li tħares ’il quddiem sabiex taħdem mad-Deputat Prim Ministru Ian Borg biex tippromwovi l-interessi tal-industrija lokali tal-catering. Dan filwaqt li wkoll irringrazzjat lil Clayton Bartolo għax-xogħol tiegħu, bħala Ministru preċedenti.
Min-naħa tagħha, fi stqarrija oħra, l-MHRA qalet li s-settur tat-turiżmu esperjenza rkupru straordinarju wara d-daqqa tal-pandemija u l-MHRA hi kunfidenti li d-Deputat Prim Ministru Ian Borg se jkompli jmexxi ’l quddiem dan is-settur importanti fl-ekonomija Maltija.
L-MHRA sostniet li l-esperjenza ta’ Borg hi kruċjali fit-tmexxija tiegħu ta’ dan il-portafoll il-ġdid.
Intqal kif l-MHRA tħares ’il quddiem li tikkollabora mal-Ministru Borg biex l-industrija tat-turiżmu tkompli tissaħħaħ.