L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ippubblika fuq is-sit uffiċjali tiegħu d-deċiżjoni bil-kundanna kontra Nathaniel Attard, il-Kelliem ta’ Bernard Grech, wara li dan imbotta u ostakola lill-ġurnalist Nolan Camilleri ta’ ONE News waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
Fil-fatt l-IĠM sab li Attard, li reġa’ ngħaqad mal-Partit Nazzjonalista riċentament wara li snin ilu kien jaħdem bħala ġurnalist ukoll, aġixxa b’mod ħażin meta fixkel lill-ġurnalist milli jagħmel mistoqsijiet ġustifikati lil Bernard Grech quddiem il-Parlament dakinhar tal-protesta tat-18 ta’ Novembru.
L-istqarrija, iffirmata mill-President tal-IĠM, Matthew Xuereb, qalet li Nathaniel Attard għamel ħażin li mess lill-ġurnalist, wisq aktar meta mbottah, u li l-ġurnalisti għandhom jitħallew jaħdmu b’mod ħieles.
F’korrispondenza preċedenti, Xuereb informa lill-Kap tal-Aħbarijiet ta’ ONE News, Josef Caruana, li kien se jsir kuntatt ma’ Nathaniel Attard biex jiġi mwiddeb li ma kellux jaġixxi b’dan il-mod.
AQRA AKTAR: