Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, għamel żjara produttiva f’Cagliari, il-Belt kapitali ta’ Sardinja, bħala parti minn inizjattiva strateġika biex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-żewġt ibliet Mediterranji. Din iż-żjara, rat laqgħat mal-uffiċjali lokali, il-kunsill ta` Cagliari u rappreżentanti tan-negozju, serviet ta’ opportunità biex jiġu diskussi possibbiltajiet ta’ kollaborazzjoni kulturali, turistiċi u ekonomiċi.
Waqt iż-żjara, is-Sindku Olaf Mckay , enfasizza l-importanza ta’ rabtiet eqreb bejn Malta u Sardinja, huwa kompla jsostni li l-Belt Valletta, bħala UNESCO World Heritage Site u ċentru kulturali ta’ fama internazzjonali, għandha ħafna x’toffri u x’titgħallem minn Cagliari, li hija wkoll belt b’istorja u tradizzjoni kbira.
F’laqgħat ma’ uffiċjali lokali, il-Kunsill tal-Belt Valletta ddiskuta inizjattivi li jistgħu jinkludu skambji kulturali bejn żgħażagħ, proġetti edukattivi bejn skejjel u universitajiet, kif ukoll żieda fil-kummerċ u t-turiżmu bejn iż-żewġt ibliet.