Clint Camilleri, raġel li fl-2017 kien instab ħati li għamel ħsara fil-karozza sportiva ta’ sieħbu wara li baqa’ dieħel fi trailer u f’ħajt, ġie illiberat mill-ħlas tad-danni wara li ressaq appell.
Seba’ snin ilu, Camilleri kien ordnat iħallas mas-€87,000 f’danni lil sieħbu Christian Bugeja u lill-ġenturi tiegħu, iżda, fl-appell, il-Qorti ħassret l-ewwel sentenza wara li kkonkludiet li ma tistax tattribwixxi t-tort lil Camilleri, anke għax il-karozza kienet difettuża.
Fl-ewwel Qorti, l-akkużi kontra Camilleri mill-ġenituri tal-vittma, kienu li binhom sofra trawma kbira wara li ra l-karozza mfarrka, tant li skont psikjatra kien sofra minn diżabilità permanenti ta’ 20% wara l-aċċident.
Issa, il-Qort qalet li l-inċident li seħħ ma kienx ifisser li l-karozza ma kinitx difettuża, waqt li sid il-vettura kellu fiduċja f’Camilleri meta ppermetta li dan isuqha, kif hu stess ikkonferma fix-xhieda tiegħu.
Għalhekk, il-Qorti illiberat lil Camilleri minn kull ħtija u biddlet id-deċiżjoni preċedenti.