Kien fl-1912 meta ċ-ċand li titla’ fuq il-vapur Titanic kienet titqies bħala okkażjoni lussuża biex wieħed jivvjaġġa. Aktar minn ċentinarju wara, u din għadha titqies hekk.
Dan hekk kif turisti sinjuri se jkunu qed jingħataw iċ-ċans li jżuru u jgħaddu minn ħdejn it-Titanic minn taħt il-baħar, grazzi għal kumpanija f’Londra li se tkun qed tħejji opportunitajiet biex persuni jinżlu ħdejn dan it-tiġrif minn Mejju tal-2018 permezz ta’ makkinarju apposta li jinżel taħt il-baħar.
Kienu bosta li wrew l-interess tagħhom wara li Robert Ballard u t-tim tiegħu sabu l-fdalijiet tal-RMS Titanic, kważi 32 sena ilu.
Studju li sar riċenti wera li minħabba mikrobu li jgħix fl-ibħra ta’ fejn hemm it-Titanic, l-istess vapur jaf jisfaxxa fix-xejn minn hawn u 15-il sena oħra, dan għax jispiċċa jittiekel.
Kull vjaġġ se jkun qed jiswa $105,129 għal kull persuna, fejn l-ewwel vjaġġ diġà laħaq il-massimu ta’ persuni li jistgħu jirriservaw post.