Floriana Young Stars wettqu doppjetta fuq White Hart hekk kif barra li rebħulhom fiċ-Challenge Cup, kisbu suċċess ieħor fil-hockey 7s kontrihom.
Fiċ-Challenge Cup, il-Greens għelbu lil White Hart 7-0 b’Justin Farrugia li skorja doppjetta filwaqt li Deemer Rapinett, Anton Saliba, Luke Borg Costanzi, Karl Chircop u Mark Camilleri ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Umpires kienu Glen Bonello u James Mizzi.
Il-Greens irrepetew riżultat ieħor pożittiv hekk kif din id-darba rebħu 6-2 fil-hockey 7s kontra l-istess avversarji. Justin Farrugia skorja doppjetta filwaqt li Deemer Rapinett, Julian Farrugia u Jean Paul Sapiano għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Glen Bonello skorja doppjetta għal White Hart.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Keith Calleja.
F’partita mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 5-2.
Wyatt Magri skorja tripletta filwaqt li Giorgio Muscat kien awtur ta’ doppjetta għal Qormi.
Doppjetta ta’ Kyron Carabott żammet lill-Iskalin fil-logħba.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Karl Chircop.
Finalment Marsaskala Heat għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 7-0.
L-Iskalin iddominaw din il-partita hekk kif Eyen Toledano u Jamie Gambin skorjaw żewġ gowls kull wieħed. Liam Carabott, Hose Licitra u Braydon Gatt komplew iżidu l-iskor għat-tim tagħhom.
Umpires kienu Karl Chircop u Oscar Toledano.