L-ERA se tkun qed tospita ‘Nhar in-Naħla’, attività għall-familja fil-Park tal-Familja ta’ Sant’Antnin f’Marsaskala. L-attività se ssir fl-1 ta’ Diċembru 2024, mill-10:00 AM sat-3:00 PM, u ser tkun iddedikata biex tiċċelebra l-Insett Nazzjonali ta’ Malta, in-Naħla Maltija.
In-naħal huma dakkara essenzjali u jappoġġjaw il-bijodiversità u l-produzzjoni tal-ikel. l-għan ta’ Nhar in-Naħla hu li jeduka lill-pubbliku dwar id-deċiżjoni biex li n-Naħla Maltija tiġi dikjarata bħala Speċi Nazzjonali, nedukaw fuq l-importanza ta’ pollinaturi u nuru prattiki sostenibbli li nistgħu nimplimentaw fil-ħajja tagħna ta’ kuljum biex nissalvagwardjawhom. Attivitajiet bħat-tħawwil ta’ pjanti li ma jagħmlux ħsara lill-pollinaturi, li wieħed jevita juża pestiċidi, u li jinħolqu spazji bħal dawk msejħa ‘Bee hotels’.
Dawk li ser jattendu jistgħu jistennew ġurnata mimlija attivitajiet divertenti għall-familja kollha. L-attivitajiet se jinkludu logħob tat-tfal, tagħlim interattiv permezz ta’ workshops fuq l-rwoli tan-naħal, wirjiet dwar kif jinħolqu ambjenti li jiffavorixxu n-naħal, kif ukoll divertiment permezz ta’ animazzjoni b’tema tan-naħal, mużika live, u animaturi kostumi biex iżommu l-ispirti għolja.
Matul l-avveniment is-sostenibbiltà se tingħata prijorità. Il-pubbliku hu mħeġġeġ li jġib t-tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw miegħu biex nimminimizzaw l-iskart. F’dan ir-rigward se jingħata ilma tax-xorb b’xejn permezz tal-water buggy tal- Water Services Corporation.
Għal aktar aġġornamenti u sneak peeks, l-pubbliku jista’ jirreferi għal din il-paġna tal-avvenimenti – https://fb.me/e/56ch5smNm